Leħen l-Istudent fl-Iskola
L-iskop tal-kunsill huwa li jagħti spazju biex l-istudenti jikkontribwixxu għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Iskola u mal-iżvilupp sħiħ tagħhom.
Għalhekk, il-Kunsill tal-Istudenti huwa responsabbli li:
-
jagħti kas tal-ġid ta’ kull student fl-iskola;
-
jistudja u jippreżenta suġġerimenti u kummenti lis-Surmast;
-
jorgannizza attivitajiet għall-istudenti;
-
iżomm l-istudenti nfurmati dwar il-progress tal-kunsill.