ST MICHAEL SCHOOL
POLITIKA KONTRA L-BULLYING
Ġunju 2026
Verżjoni bil-Malti
Politika Kontra l-Bullying tal-Iskola St Michael
Għanijiet
Fl-Iskola St Michael nemmnu li kull individwu hu maħluq b’dinjità u b’valur fih innifsu, kif jirrifletti l-ethos (karattru) Kattoliku tagħna u kif ispirat mill-valuri tal-Evanġelju. Il-bullying, fi kwalunkwe forma, huwa ksur ta’ din id-dinjità u jdgħajjef l-ambjent inklussiv, ta’ kura u ta’ rispett li nfittxu li nrawmu. Il-Politika tagħna Kontra l-Bullying tenfasizza approċċ ta’ tolleranza żero lejn il-bullying. Din il-Politika tadotta wkoll prattiċi li jgħinu biex tissewwa l-ħsara li tkun saret u terġa’ tibni l-fiduċja u tippromwovi r-rikonċiljazzjoni.
B’konformità mal-Qafas Respect for All (MEDE, 2014), din il-politika tagħraf l-importanza li:
- tagħti s-setgħa lill-istudenti, lill-istaff u lill-ġenituri biex jidentifikaw u jindirizzaw b’mod effettiv imġiba ta’ bullying;
- trawwem kultura ta’ rispett, empatija u relazzjonijiet interpersonali pożittivi;
- tiżgura ambjent sigur u li jrawwem it-tkabbir, fejn kull individwu jista’ jikber b’mod ħolistiku mingħajr biża’ ta’ diskriminazzjoni, fastidju jew aggressjoni.
Prinċipji
Fl-impenn tagħha biex tipprevjeni u tindirizza l-bullying, l-Iskola St Michael hija mmexxija minn dawn il-prinċipji:
1. Politika ta’ Tolleranza Żero: Il-bullying fi kwalunkwe forma – fiżiku, verbali, soċjali, preġudizzjali, sesswali jew cyber – mhuwiex ittollerat. L-iskola tagħraf li mġibiet bħal dawn jiksru d-dinjità tal-individwi u jħallu effetti fit-tul fuq il-benesseri fiżiku, psikoloġiku, soċjali u edukattiv tagħhom.
2. Rispett għad-Dinjità tal-Individwu: Kull membru tal-komunità skolastika għandu d-dritt li jiġi trattat b’rispett u li jitgħallem jew jaħdem f’ambjent ħieles mill-biża’, mid-diskriminazzjoni u mill-ostilità.
3. Tkabbir Ħolistiku: L-Iskola St Michael hija impenjata li trawwem l-iżvilupp ħolistiku ta’ kull student, filwaqt li tiżgura li l-ħtiġijiet personali, soċjali u emozzjonali jiġu indirizzati flimkien mal-progress akkademiku.
4. Intervent Bikri: L-iskola tagħti prijorità lill-identifikazzjoni bikrija ta’ mġibiet ta’ bullying u għal intervent fil-ħin sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni teskala jew tikkawża ħsara fit-tul.
5. Prattiċi Restawrattivi: B’konformità mal-valuri tal-Evanġelju u l-ethos tal-iskola, jiġu enfasizzati prattiċi restawrattivi biex tissewwa l-ħsara, terġa’ tinbena l-fiduċja u titrawwem ir-rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet affettwati.
6. Komunikazzjoni Miftuħa: L-iskola trawwem kultura ta’ trasparenza u tinkoraġġixxi lill-istudenti, lill-istaff u lill-ġenituri biex jirrappurtaw inċidenti ta’ bullying mingħajr biża’ ta’ tpattija.
7. Inklużjoni u Diversità: L-iskola tiċċelebra d-diversità u tiżgura li l-individwi kollha, irrispettivament mill-isfond jew l-identità tagħhom, iħossuhom milqugħa u apprezzati fil-komunità.
8. Responsabbiltà Kollaborattiva: Il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-bullying huma responsabbiltà maqsuma bejn l-istudenti, l-istaff, il-ġenituri u l-komunità skolastika sħiħa.
9. Allinjament mal-Politika Nazzjonali: L-azzjonijiet kollha meħuda mill-iskola jkunu skont il-Qafas Respect for All (MEDE, 2014) u skont linji gwida nazzjonali rilevanti, biex jiġu żgurati konsistenza u responsabbiltà.
10. Titjib Kontinwu: L-iskola hija impenjata li tirrevedi u taġġorna regolarment l-istrateġiji u l-prattiċi tagħha kontra l-bullying sabiex jirriflettu sfidi li jevolvu u l-aħjar prattiċi.
Azzjonijiet u Strutturi
Biex tipprevjeni u tindirizza l-bullying b’mod effettiv, l-Iskola St Michael implimentat dawn l-istrutturi u l-azzjonijiet li ġejjin:
1. Class Mentors:
- iservu bħala persuni ewlenin fil-monitoraġġ tal-benesseri tal-istudenti u fl-identifikazzjoni ta’ sinjali bikrija ta’ tbatija;
- joħolqu opportunitajiet biex l-istudenti jesprimu t-tħassib tagħhom waqt laqgħat individwali jew diskussjonijiet fi grupp.
2. Designated Safeguarding Officer (DSO) – is-Sur Massimo Farrugia:
- jirreġistra l-inċidenti kollha rrappurtati u jiżgura li tittieħed l-azzjoni xierqa;
- jagħmel riferimenti lil professjonisti esterni meta jkun meħtieġ.
3. Deputy Heads:
- imexxu l-investigazzjonijiet ta’ inċidenti rrappurtati u jikkoordinaw ir-risposti;
- jiżguraw li l-miżuri kollha jkunu konformi mar-regoli u l-ethos tal-iskola;
- jirrapportaw l-inċidenti kollha lid-Designated Safeguarding Officer (DSO), is-Sur Massimo Farrugia.
4. Kap tal-Iskola:
- iżomm sorveljanza fuq il-każijiet kollha rrappurtati u jiżgura responsabbiltà f’kull stadju.
5. Bord tad-Diretturi:
- jirrevedi u jindirizza każijiet serji li jeħtieġu azzjoni dixxiplinarja, inkluż sospensjoni jew tkeċċija f’sitwazzjonijiet estremi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kap tal-Iskola.
6. Rappreżentanti tal-Istudenti:
- għandhom rwol fit-tisħiħ ta’ kultura ta’ rispett u inklużjoni permezz ta’ inizjattivi mmexxija mill-istudenti stess.
7. Live-ins annwali, PSCD u lezzjonijiet tar-Reliġjon:
- irawmu rispett reċiproku, empatija u fehim fost l-istudenti. Il-live-ins jipprovdu spazju ddedikat għar-riflessjoni, għall-bini ta’ grupp san bejn l-istudenti u għal diskussjonijiet dwar kwistjonijiet personali u soċjali.
Strateġiji Preventivi
1. Programmi ta’ Għarfien:
- Lezzjonijiet tal-PSCD u assemblies jiffukaw fuq kif wieħed jagħraf u jimmaniġġja mġibiet ta’ bullying.
- Xenarji ta’ role-play u attivitajiet fi grupp jintużaw biex tinbena empatija u fehim.
2. Qafas ta’ Mġiba Pożittiva:
- Jiġu mħeġġa interazzjonijiet ta’ rispett permezz ta’ sistemi ta’ premjazzjoni, bħall-għoti ta’ rikonoxximenti lill-istudenti għal atti ta’ ġentilezza u inklużjoni.
3. Strateġiji ta’ Identifikazzjoni Bikrija:
- Monitoraġġ regolari mill-Class Mentors waqt il-Communication Time.
4. Spazji Siguri:
- Jingħataw żoni sorveljati waqt il-ħinijiet tal-mistrieħ għal studenti li jkunu qed ifittxu ambjent ta’ appoġġ permezz tal-ħolqien ta’ klabbs u attivitajiet li jrawmu l-inklużjoni.
5. Involviment tal-Ġenituri:
- Jiġu organizzati workshops biex jgħinu lill-ġenituri jagħrfu s-sinjali tal-bullying u jappoġġjaw lil uliedhom b’mod effettiv. Il-ġenituri jiġu mħeġġa jieħdu sehem f’korsijiet dwar il-ħiliet tal-ġenituri organizzati minn korpi professjonali varji u promossi mill-iskola.
Mudell ta’ Intervent f’5 Fażijiet
Fażi 1: Sistema ta’ Rapportar
- Jiġu pprovduti diversi modi kif isir rapport:
- Permezz ta’ Microsoft Teams.
- Billi tintbagħat formola fuq il-pjattaforma diġitali tal-iskola.
- Rapporti anonimi permezz ta’ kaxxa apposta għar-rapporti.
- Jiġi żgurat li r-rapporti kollha jiġu rreġistrati mid-Designated Safeguarding Officer (DSO) fi żmien ġurnata tax-xogħol.
Fażi 2: Esplorazzjoni
- Isiru osservazzjonijiet u intervisti inizjali biex jiġu identifikati mudelli ta’ mġiba.
- Is-sejbiet jiġu dokumentati u jiġu ċċarati r-rwoli tal-partijiet kollha involuti.
Fażi 3: Fażi ta’ Definizzjoni
- Tinġabar l-informazzjoni dettaljata mingħand studenti, persunal u ġenituri.
- Il-ġenituri jiġu involuti fi żmien raġonevoli mir-rapport, jiġifieri fi żmien ġurnata tax-xogħol.
- Jiġu definiti n-natura u l-impatt tal-inċident.
Fażi 4: Intervent
- Jiġu implimentati strateġiji mfassla għall-każ, inklużi pjanijiet ta’ sigurtà, regoli dwar l-imġiba jew sessjonijiet ta’ medjazzjoni.
- Każijiet serji jiġu eskalati lill-Kap tal-Iskola jew lill-Bord tad-Diretturi skont il-ħtieġa.
- Każijiet serji jistgħu jwasslu għal sospensjoni jew tkeċċija, soġġetti għall-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi.
Fażi 5: Fażi Preventiva
- L-inċidenti jiġu rreġistrati għal analiżi fil-futur.
- Tiġi evalwata l-effettività tal-intervent u jingħataw follow-ups.
- Strateġiji preventivi jiġu maqsuma mal-komunità skolastika.
Prattiċi Restawrattivi u Appoġġ
Fl-Iskola St Michael, il-prattiċi restawrattivi huma ċentrali fl-indirizzar ta’ inċidenti ta’ bullying. L-għan huwa li jissewwew ir-relazzjonijiet, jitrawwmu ftehim reċiproku li jwassal għall-paċi u l-partijiet kollha jerġgħu jiġu integrati fil-komunità skolastika.
Meta jiġi rrappurtat inċident, jiġi segwit il-proċess li ġej:
1. Appoġġ lill-Vittma: Tittieħed azzjoni immedjata biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-benesseri emozzjonali tal-vittma. Jiġi offrut counselling, u t-tim pastorali jwettaq check-ins regolari biex jimmonitorja s-sitwazzjoni u jara li din qed titjieb. Il-kontribut tal-vittma jintalab fl-ippjanar tal-passi biex terġa’ tinkiseb sensazzjoni ta’ sigurtà fl-iskola.
2. Responsabbiltà għal Min Ikun Għamel il-Bullying: Il-persuna li tkun wettqet imġiba ta’ bullying tiġi ggwidata biex tirrifletti fuq l-azzjonijiet tagħha permezz ta’ diskussjonijiet strutturati. Jiġu stabbiliti regoli dwar l-imġiba, b’aspettattivi u konsegwenzi ċari. Jiġi offrut counselling biex jiġu indirizzati kawżi li setgħu waslu għal din l-imġiba.
3. Djalogu Restawrattiv: Fejn ikun xieraq, issir sessjoni medjata bejn il-vittma u min ikun għamel il-bullying. Iż-żewġ partijiet jiġu mħeġġa jesprimu s-sentimenti u l-perspettivi tagħhom. L-enfasi tkun fuq li tiġi rikonoxxuta l-ħsara, jingħataw apoloġiji u jintlaħaq ftehim dwar passi biex terġa’ tinbena l-fiduċja.
4. Involviment tal-Ġenituri: Il-ġenituri kemm tal-vittma kif ukoll ta’ min ikun għamel il-bullying jiġu involuti fil-proċess, biex jiġu żgurati t-trasparenza u approċċ magħqud lejn ir-riżoluzzjoni. Il-ġenituri jingħataw gwida dwar kif isaħħu mġibiet pożittivi fid-dar.
5. Follow-Up: Isiru follow-ups regolari biex jiġi żgurat li dak li ġie miftiehem qed jinżamm u li ż-żewġ partijiet iħossuhom appoġġjati. Il-komunità skolastika tiġi mħeġġa tibqa’ viġilanti biex jiġu evitati inċidenti oħra u biex jitrawwem ambjent pożittiv.
Reviżjoni tal-Politika u Komunikazzjoni
Reviżjoni tal-Politika
1. Reviżjoni Annwali: Issir mis-SLT, mid-DSO u mill-Bord tad-Diretturi.
2. Analiżi tal-Inċidenti: Reviżjoni bbażata fuq id-data ta’ mudelli u kwistjonijiet rikorrenti.
3. Allinjament mal-Linji Gwida: Aġġornamenti li jirriflettu standards edukattivi ġodda.
Komunikazzjoni
1. Aċċessibbiltà: Il-politika tkun disponibbli fuq is-sit tal-iskola.
2. Sessjonijiet ta’ Għarfien: Sessjonijiet annwali għall-istudenti, għall-istaff u għall-ġenituri.
3. Konferma mill-Ġenituri: Dikjarazzjoni annwali li turi li l-politika ġiet mifhuma.
4. Aġġornamenti Kontinwi: Jiġu kkomunikati permezz tal-pjattaforma diġitali tal-iskola.
5. Involviment tal-Istudenti: Assemblies u lezzjonijiet tal-PSCD.
Monitoraġġ tal-Implimentazzjoni
- Sorveljanza mid-DSO u verifiki perjodiċi mis-SLT.
Appendiċi A: Sommarju tal-Mudell f’5 Fażijiet
| Fażi | Azzjonijiet Ewlenin |
|---|---|
| Rapportar | Metodi differenti; reġistrazzjoni fi żmien 24 siegħa. |
| Esplorazzjoni | Osservazzjonijiet, intervisti u sejbiet. |
| Definizzjoni | Ġbir ta’ informazzjoni; involviment tal-ġenituri. |
| Intervent | Strateġiji mfassla għall-każ; eskalazzjoni meta jkun meħtieġ. |
| Prevenzjoni | Follow-ups u miżuri preventivi. |
Appendiċi B: Formola għar-Rapport ta’ Inċident ta’ Bullying
Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika
30, Binja Josmar, Idmejda Street, Balzan, BZN 1521, Malta | Tel: +356 22039360 | www.csm.edu.mt
Formola għar-Rapport ta’ Inċident ta’ Bullying
L-informazzjoni kollha pprovduta se tinżamm kunfidenzjali u tintuża biex tgħin fl-indirizzar tas-sitwazzjoni.
Taqsima 1: Informazzjoni dwar min qed jagħmel ir-rapport
1. Isem ta’ min qed jagħmel ir-rapport: _________________________________________________________________
☐ Qed nagħmel ir-rapport bħala xhud.
☐ Qed nagħmel ir-rapport bħala l-vittma.
2. Sena/Klassi: ______________________________________________________________________________
3. Ir-rapport qed isir minn:
☐ student
☐ membru tal-istaff
☐ ġenitur
☐ oħrajn: ______________________________
Taqsima 2: Dettalji tal-Inċident
4. Data tal-Inċident: ___________________________________________________________________________
5. Ħin tal-Inċident: _____________________________________________________________________________
6. Post tal-Inċident:
☐ Klassi
☐ Kuritur
☐ Tuckshop
☐ Playground
☐ Vann tal-iskola
☐ Online (midja soċjali, messaġġi, eċċ.)
☐ Oħrajn: ______________________________
7. Tip ta’ Bullying (immarka kull wieħed li japplika):
☐ Verbali (tgħajjir, ċajt li jweġġa’, theddid, twaqqigħ għaċ-ċajt)
☐ Fiżiku (daqqiet, bis-sieq, imbuttar)
☐ Soċjali/Relazzjonali (esklużjoni, tixrid ta’ xnigħat)
☐ Cyberbullying (fastidju online, messaġġi, sexting)
☐ Preġudizzjali (razza, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, kultura, reliġjon, eċċ.)
☐ Sesswali (kummenti mhux xierqa, tmiss mhux xieraq, eċċ.)
☐ Intimidazzjoni/Estorsjoni
☐ Oħrajn: ______________________________
8. Deskrizzjoni tal-Inċident:
Jekk jogħġbok iddeskrivi x’ġara bl-aktar dettall possibbli. Inkludi l-ismijiet ta’ dawk involuti, x’intqal jew x’sar, u kwalunkwe dettall importanti ieħor.
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________________________________
Taqsima 3: Persuni Involuti
9. Persuna/persuni allegatament involuti fl-imġiba ta’ bullying: Isem/ismijiet (jekk magħrufa):
______________________________________________________________________________________________
10. Persuna/persuni allegatament fil-mira: Isem/ismijiet (jekk differenti minn min qed jagħmel ir-rapport):
______________________________________________________________________________________________
11. Xhieda/bystanders: Isem/ismijiet (jekk hemm): ___________________________________________________
______________________________________________________________________________________________
Taqsima 4: Impatt u Azzjoni Meħuda
12. L-inċident kif affettwa lilek jew lil oħrajn involuti? __________________________________________________
______________________________________________________________________________________________
13. Ħadt xi azzjoni dak il-ħin?
☐ Iva
☐ Le
Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-azzjoni li ttieħdet: ________________________________________________
14. Irrappurtajt dan l-inċident lil xi ħadd ieħor?
☐ Iva
☐ Le
Jekk iva, lil min? ______________________________________________________________________________
Taqsima 5: Follow-Up
15. Kif tixtieq li dan l-inċident jiġi riżolt? _________________________________________________________
16. Hemm xi mod kif tixtieq li l-iskola tagħtik appoġġ? Pereżempju, appoġġ mogħti minn:
☐ Guidance Teacher
☐ Counsellor tal-iskola
☐ għalliem
☐ oħrajn: ______________________________
Grazzi talli ħadt il-ħin biex tirrapporta dan l-inċident. Is-sigurtà u l-benesseri tiegħek huma importanti. Tittieħed aktar azzjoni skont il-ħtieġa.
| Firma ta’ min għamel ir-rapport: ____________________________ | Data: ________________ |
|---|---|
| Firma tal-adult li qed jagħti appoġġ: ____________________________ |
Biex timtela mill-adult li qed jagħti appoġġ:
| 17. Riferiment għal servizzi ta’ appoġġ addizzjonali:
☐ Guidance Teacher ☐ Counsellor ☐ Għalliem/a / LSE ☐ aġenziji esterni, pereżempju BeSmartOnline, eċċ. ☐ professjonisti tas-saħħa mentali |
18. Ġew ikkuntattjati l-ġenituri ta’ min għamel ir-rapport jekk dan/din kien/et vittma?
☐ Iva ☐ Le |
|---|
Politika Kontra l-Bullying tal-Iskola St Michael
Verżjoni għall-Istudenti
L-Impenn Tagħna
Fl-Iskola St Michael, nemmnu li kulħadd jistħoqqlu jħossu sigur u rispettat. Il-bullying ta’ kull tip mhuwiex aċċettabbli. Aħna qegħdin hawn biex nappoġġjawk jekk tħossok imweġġa’, eskluż jew mhux sigur. Flimkien nistgħu nagħmlu l-iskola tagħna post aħjar għal kulħadd.
X’inhu Bullying?
Il-bullying iseħħ meta xi ħadd jagħmel jew jgħid xi ħaġa li tweġġa’ apposta u dan jiġri aktar minn darba. Il-bullying huwa kull imġiba aggressiva mhux mixtieqa li tinvolvi żbilanċ ta’ poter. Jista’ jkun fiżiku, emozzjonali jew soċjali. Jista’ jieħu ħafna forom:
- Fiżiku: daqqiet, imbuttar jew ħsara lill-affarijiet ta’ ħaddieħor.
- Verbali: tgħajjir, ċajt li jweġġa’ jew theddid.
- Soċjali: tħalli lil xi ħadd barra apposta jew ixerred xnigħat.
- Cyberbullying: tibgħat messaġġi koroh online jew ittella’ affarijiet li jweġġgħu lil ħaddieħor.
Jekk taħseb li qed iseħħ bullying, aħna qegħdin hawn biex nisimgħuk u ngħinuk.
Kif Tirrapporta Bullying
Jekk tħoss li qed tkun ibbuljat jew tara lil xi ħadd jiġi bbuljat, tista’ tirrapporta dan. Tista’ tagħmel hekk:
1. Tkellem ma’ għalliem li tafda jew mal-Class Mentor tiegħek.
2. Ikkuntattja lid-Designated Safeguarding Officer (DSO), is-Sur Massimo Farrugia:
- personalment;
- permezz ta’ komunikazzjoni fuq il-pjattaforma diġitali tal-iskola
- billi tuża l-kaxxa anonima tar-rapporti.
Ir-rapporti kollha jittieħdu bis-serjetà u jiġu ttrattati malajr u b’kunfidenzjalità.
X’Jiġri Wara?
Meta tirrapporta bullying, nagħmlu dan li ġej:
1. Nisimgħu: Nisimgħu l-istorja tiegħek u niżguraw li tħossok sigur.
2. Ninvestigaw: L-għalliema u d-DSO jaraw is-sitwazzjoni billi jitkellmu ma’ dawk kollha involuti.
3. Nieħdu Azzjoni: Naħdmu biex il-bullying jieqaf:
- Nitkellmu ma’ min għamel il-bullying biex ngħinuh jifhem l-azzjonijiet tiegħu.
- Nagħtu appoġġ lill-vittma biex terġa’ tħossha sigura u kunfidenti.
- Ninfurmaw lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jgħinu fid-dar.
4. Insegwu: Niċċekkjaw miegħek biex niżguraw li l-bullying waqaf u li tħossok sigur.
Kif Nipprevjenu l-Bullying?
Naħdmu bis-serjetà biex niżguraw li l-bullying ma jseħħx billi:
- norganizzaw taħditiet u attivitajiet dwar il-ġentilezza, il-ħlewwa ma’ kulħadd u l-inklużjoni;
- il-Mentors jiċċekkjaw regolarment mal-istudenti biex jaraw li kulħadd ikun tajjeb;
- noffru spazji siguri waqt il-ħin tal-mistrieħ fejn l-istudenti jistgħu jħossuhom appoġġjati;
- ninkoraġġixxu u nsaħħu klabbs biex jinbnew ħbiberiji ġodda.
X’Jiġri lil Min Jagħmel il-Bullying?
Aħna niffukaw fuq li ngħinu lil min ikun għamel il-bullying jifhem l-azzjonijiet tiegħu u jbiddel l-imġiba tiegħu. Madankollu, jekk il-bullying ikun serju ħafna, jista’ jkun li:
- jingħata ftehim dwar l-imġiba;
- jiġi riferut lill-Kap tal-Iskola jew lill-Bord tad-Diretturi;
- jiġi sospiż mill-iskola jekk ikun meħtieġ.
Ir-Rwol Tiegħek
- Kun Ġentili: Ittratta lil ħaddieħor b’rispett u b’qalb tajba.
- Tkellem: Jekk tara bullying, tinjorahx. Irrapportah.
- Appoġġja lil Sħabek: Għin biex noħolqu ambjent sigur għal kulħadd.
Flimkien Nistgħu Nagħmlu Differenza
Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex nagħmlu l-Iskola St Michael post sigur u sabiħ għal kulħadd. Kun ġentili, inkludi lil ħaddieħor u tkellem jekk tħoss li xi ħaġa mhix sew. Aħna qegħdin hawn biex nisimgħuk u nappoġġjawk f’kull pass.
Proċess ta’ Rapportar
Pass 1: Irrapporta
- Tkellem ma’ għalliem, mal-Class Mentor jew mas-Sur Massimo Farrugia (DSO).
- Ibgħat rapport b’mod diġitali (Email, MySchool,)
- Uża l-kaxxa anonima tar-rapporti.
- Tkellem mal-ġenituri biex jikkuntattjaw lill-iskola
Pass 2: Investigazzjoni
- L-għalliema u d-DSO jinvestigaw billi jitkellmu ma’ dawk kollha involuti.
Pass 3: Azzjoni
- Inwaqqfu l-bullying.
- Nappoġġjaw lill-vittma.
- Ngħinu lil min għamel il-bullying jibdel l-imġiba tiegħu.
Pass 4: Follow-Up
- Niżguraw li l-bullying waqaf.
- Niċċekkjaw ma’ dawk kollha involuti biex niżguraw li jħossuhom siguri.
Flimkien nistgħu nagħmlu l-Iskola St Michael post fejn kulħadd iħossu apprezzat u sigur.
Ftakar:
- M’intix waħdek!
- Tkellem u aħna nisimgħuk.
- Nistgħu ngħinuk issib soluzzjoni!
This post is also available in: