Aħna t-tfal u ngħaddu żmienna
Bejn l-iskola u bejn id-dar
Ħajja sbejħa, ħajja ħelwa
Minn dil-ħajja m’hemmx aħjar.
Rit: Ma ddejjaqna l-ebda ħidma,
Ma jbeżżagħna l-ebda xkiel
Taħt il-ħarsa ta’ Marija
Taħt is-sejf ta’ San Mikiel.
Ġo l-Iskola, min jgħallimna
Sa fil-kelma jrid il-qies;
U tad-dar dawk li jħobbuna
Ta’ drawwietna jqiegħdu s-sies.
Rit: Ma ddejjaqna l-ebda ħidma,…
Għalhekk aħna tfal qalbiena,
Nafu nżewqu dan iż-żmien;
Waqt ix-xogħol ġabra dehnija
Waqt is-serħ, ferħ kullimkien.
Rit: Ma ddejjaqna l-ebda ħidma,…
Kliem: Dun Karm Psaila
Mużika: Mro Joseph Abela Scolaro